Drittijiet ta l-awtur

Il-kontenut ta’ dan is-sitelettroniku jinkludi data f’forma ta’ test u oġġetti multimedjalibħal testijiet, tpinġijiet, grafika, logos, ikoni, immaġni, materjal awdjo u vidjo, ritratti, il-programmi u t-teknoloġija deskritta, li huma protetti mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali u internazzjonali li japplikaw għall-proprjetà intellettwali.

Dawn l-oġġetti tad-data testwali u multimedjali huma l-proprjetà esklużiva jew tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) u/jew l-awturi u l-benefiċjarji tagħhom. Id-detenturi tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirrinunzjaw id-dritt tagħhom li jkollhom isimhom jew kwalunkwe indikazzjoni oħra tidher fuq l-oġġetti li huma jipprovdu għal dan is-sit elettroniku.

F’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti, l-utent għandu jirrispetta d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali miżmuma mill-EDPB u l-partijiet terzi mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-eċċezzjonijiet previsti minn kwalunkwe dispożizzjoni vinkolanti.

L-użu mill-ġdid ta’ kwalunkwe informazzjoni ta’ dan is-sit elettroniku huwa awtorizzat għal finijiet kummerċjali u mhux kummerċjali, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • Dak li jerġa’ juża id-dokument mill-ġdid huwa obbligat jirrikonoxxi s-sors tad-dokument;
  • It-tifsira oriġinali jew il-messaġġ tad-dokumenti ma għandux ikun distort;
  • Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ma jistax jinżamm responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta mill-użu mill-ġdid.

L-użu mill-ġdid huwa mifhum bħala: “riproduzzjoni ta’ data testwali u oġġetti multimedjali li huma l-proprjetà tal-EDPB jew ta’ partijiet terzi u li għalihom l-EDPB iżżomm id-drittijiet għall-użu”.

L-utent jimpenja ruħu li ma jħassarx jew li ma jibdilx l-indikazzjonijiet tal-awtur jew tas-sors u li ma jfittixx li jsib kif jevita il-miżuri tekniċi fis-seħħ għall-protezzjoni tad-dokumenti u l-oġġetti ta’ multimedja, bħar-restrizzjonijiet fuq l-istampar u t-tniżżil u l-immarkar viżibbli jew inviżibbli. Kwalunkwe ksur jista’ jwassal għal proċeduri ċivili u kriminali.

F’każijiet ta’ dubju dwar l-identità tad-detenturi tad-drittijiet jew dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu ta’ oġġett partikolari, tista’ tintbagħat talba għal informazzjoni lill-webmaster.

Minkejja riċerka estensiva, jista’ jkun li l-EDPB ma setaxjidentifika ċerti awturi jew detenturi tad-drittijiet ta’ dokumenti li jidhru fuq is-sit elettroniku. Jekk int detentur ta' dritt minn dawn, jew jekk identifikajt tali detentur tad-dritt, jew jekk hemm żball min-naħħa tagħna, aħna napprezzaw jekk tikkuntattja lill-webmaster.