Skont ir-Regolament 2018/1725, il-BEPD (EDPB) jiġbor l-informazzjoni personali tiegħek biss sal-punt meħtieġ biex jiġi ssodisfat l-għan preċiż relatat mal-kompiti tagħna.
Aħna nimplimentaw miżuri sabiex niggarantixxu li d-data tiegħek tinżamm aġġornata u tiġi pproċessata b’mod sigur.
Aħna hawn taħt nipprovdulek xi informazzjoni ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data personali fuq is-sit elettroniku tagħna. Informazzjoni speċifika dwar l-attivitajiet ta’ pproċessar tal-BEPD għajr dawk assoċjati ma’ dan is-sit elettroniku, se tiġi pprovduta b’mod separat.
You have specific rights when it comes to the processing of your personal data by us.
Meta d-data personali tiegħek tiġi pproċessata mill-BEPD, int għandek dritt tkun taf b’dan.
Int għandek dritt taċċessa l-informazzjoni u li din tiġi rettifikata mingħajr dewmien jekk ma tkunx preċiża jew mhux kompluta.
Int tista’ titlob biex din tiġi mblukkata skont ċerti ċirkostanzi.
You can also object to it, in certain circumstances, on grounds relating to your specific situation.
Tista’ titlob li kwalunkwe waħda mill-bidliet ta’ hawn fuq tiġi kkomunikata lil partijiet oħra li lilhom tkun ġiet żvelata d-data tiegħek.
Int għandek ukoll id-dritt li ma tiġix soġġett għal deċiżjonijiet awtomatizzati (li jsiru biss mill-magni) li jaffettwawk, kif definit mil-liġi.
You have the right to receive your personal data in a standardised format in case you wish to transfer it to another controller (data portability).
Għandek id-dritt tilmenta meta trid jekk temmen li d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek ikunu ġew miksura.
These rights are outlined in Chapter III of the current data protection Regulation 2018/1725.
Kif teżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek fil-BEPD
Jekk il-BEPD ikun qed jipproċessa d-data personali tiegħek u int tkun trid teżerċita d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tiegħek, jekk jogħġbok ibgħatilna talba bil-miktub fuq l-email EDPB-DPO@edpb.europa.eu jew lill-UPD tagħna bil-posta f’envelopp issiġillat.
Fil-prinċipju, ma nistgħux naċċettaw talbiet verbali (bit-telefon jew wiċċ imb’ wiċċ) għaliex jista’ jkun li ma nkunux nistgħu nindirizzaw it-talba tiegħek minnufih mingħajr ma l-ewwel nanalizzawha u nidentifikawk b’mod affidabbli.
Jeħtieġ li t-talba tiegħek ikun fiha deskrizzjoni dettaljata u preċiża tad-data li int trid li jkollok aċċess għaliha. Meta jkun hemm dubji raġonevoli rigward l-identità tiegħek, jista’ jkun li tintalab biex tipprovdi kopja ta’ dokument, li jgħinna nivverifikaw l-identità tiegħek. Jista’ jkun kwalunkwe dokument bħall-karta tal-identità jew il-passaport tiegħek. Jekk tipprovdi kwalunkwe dokument ieħor, id-dettalji personali bħal ismek u l-indirizz tiegħek jeħtieġ li jkunu ċari sabiex tkun tista’ tiġi identifikat, filwaqt li kwalunkwe data oħra bħal ritratt jew xi karatteristika personali, jista’ jkun li tkun moħbija.
L-użu tagħna tal-informazzjoni fuq id-dokument ta’ identifikazzjoni tiegħek huwa limitat b’mod strett: id-data se tintuża biss biex tiġi ivverifikata l-identità tiegħek u mhix se tibqa’ maħżuna aktar milli hemm bżonn għal dan il-għan.
Id-data personali tiegħek u s-sit elettroniku tagħna
Is-sit elettroniku tal-BEPD huwa l-għodda ta’ komunikazzjoni l-aktar importanti tagħna. Bil-preżenti aħna nikkomunikaw il-ħidma tagħna bħal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-aħjar prattiki, il-pariri, l-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħna. Barra minn hekk, nikkomunikaw aħbarijiet dwar il-protezzjoni tad-data u informazzjoni dwar suġġetti dwar il-protezzjoni tad-data għall-pubbliku ġenerali kif ukoll l-udjenzi l-aktar esperti tagħna.
Uħud mis-servizzi offruti fuq is-sit elettroniku tagħna jeħtieġu l-ipproċessar tad-data personali tiegħek.
Aħna nipproċessaw data personali miġbura fuq is-sit elettroniku tagħna għall-finijiet li ġejjin:
- sabiex nippermettulek ikollok aċċess għas-sit elettroniku tagħna. Aħna nużaw il-cookies tat-taqsima tekniċi biss sabiex nidentifikaw jekk l-utent jappoġġax JavaScript jew le, u
- meta tibgħatilna talba jew ilment permezz tas-sit elettroniku tagħna jew b’mod ieħor, għall-fini tal-ġestjoni ta’ din it-talba ta’ ilment biss;
Aħna ma nużawx l-informazzjoni mill-ġdid għal fini oħra li tkun differenti minn dik iddikjarata. Aħna qatt mhu se niżvelaw id-data personali tiegħek għal finijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni diretta.
Skont ċerti kundizzjonijiet deskritti fil-liġi, aħna nistgħu niżvelaw l-informazzjoni tiegħek lil partijiet terzi, (bħall-Uffiċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi, il-Qorti tal-Awdituri, jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi) jekk ikun meħtieġ u proporzjonat għal finijiet speċifiċi u legali.
Bħala regola, aħna ma nżommux l-informazzjoni personali tiegħek għal aktar milli hu meħtieġ għall-finijiet li għalihom nkunu ġbarniha. Nistgħu nżommu d-data personali tiegħek għal perjodu itwal għal finijiet storiċi jew xjentifiċi bis-salvagwardji xierqa fis-seħħ.