Kooperazzjoni transregolatorja

Bix-xenarju diġitali tal-UE li qed jevolvi, fokus ewlieni huwa li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ regoli differenti. L-Istrateġija tal-EDPB għall-2024–2027 tagħti prijorità lill-applikazzjoni konsistenti tal-prinċipji ta' protezzjoni tad-data f'kull qasam regolatorju.

L-EDPB adotta bosta dokumenti ta’ gwida dwar il-mod kif il-GDPR japplika flimkien ma’ liġijiet oħra tal-UE. Xi wħud minn dawn id-dokumenti ġew adottati b’mod konġunt mal-Kummissjoni Ewropea jew ma’ korpi regolatorji oħra.

Bħala membru tal-korpi li ġejjin, l-EDPB jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

  • Il-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Att dwar is-Swieq Diġitali – Il-Grupp ta’ Livell Għoli għall-Att dwar is-Swieq Diġitali jlaqqa’ flimkien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet rilevanti tal-UE fl-oqsma tal-protezzjoni tad-data, tal-kompetizzjoni, tal-protezzjoni tal-konsumatur, tat-telekomunikazzjoni u tar-regolamentazzjoni tal-media biex jiġi appoġġat l-infurzar ikkoordinat u konsistenti ta’ dan l-Att.
  • Il-Bord Ewropew għall-Innovazzjoni fil-Qasam tad-Data (EDIB) – L-EDIB ilaqqa’ flimkien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri u tal-UE biex jipprovdu pariri u jassistu lill-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Att dwar id-Data u tal-Att dwar il-Governanza tad-Data.
  • Il-Bord ta' Gwida dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-ETIAS – Dan il-Bord iservi bħala korp konsultattiv, li jevalwa u joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Bord tal-Iskrinjar tal-ETIAS dwar l-impatti potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali. Il-fokus tiegħu jinkludi l-privatezza, il-protezzjoni tad-data, u kunsiderazzjonijiet ta’ nondiskriminazzjoni.

Barra minn hekk, l-EDPB u l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data jikkollaboraw b'mod regolari mal-entitajiet u man-networks li ġejjin:

  • In-Network ta' Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur (Network CPC) – In-Network CPC ilaqqa’ flimkien l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-konsumatur u l-Kummissjoni Ewropea biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni koordinata tal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fis-suq intern. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarjat tal-EDPB jorganizzaw sessjonijiet ta’ ħidma konġunti b'mod regolari biex jiddiskutu każijiet ta' interess komuni kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ infurzar fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. Ġie stabbilit grupp ta’ voluntiera fost l-awtoritajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u tad-data biex ikompli japprofondixxi din il-kooperazzjoni.
  • L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (AMLA) – l-AMLA hija aġenzija deċentralizzata tal-UE li tikkoordina l-awtoritajiet nazzjonali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta u konsistenti tar-regoli tal-UE fil-qasam tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. L-EDPB jikkoopera mill-qrib mal-AMLA rigward linji gwida konġunti dwar sħubijiet għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni, kif ukoll gwidi oħra li għandhom impatt sinifikanti fuq il-protezzjoni tad-data personali.
  • Il-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali (EBDS) – L-EDBS huwa grupp konsultattiv indipendenti li jlaqqa’ flimkien il-Koordinaturi Nazzjonali tas-Servizzi Diġitali u l-Kummissjoni Ewropea biex tiġi appoġġata l-applikazzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali. Ir-rappreżentanti tal-EDPB jipparteċipaw fix-xogħol tal-Grupp ta' Ħidma 6 dwar il-Protezzjoni tal-Minorenni.
  • L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) – L-ISO hija korp internazzjonali indipendenti li tiżviluppa u tippubblika standards volontarji tekniċi, ta' kwalità, ta' sigurtà u ta' interoperabbiltà li jintużaw fuq livell dinji f'diversi industriji u teknoloġiji. Bħala organizzazzjoni ta' kollegament, l-EDPB jipparteċipa fix-xogħol relatat mal-protezzjoni tad-data fi ħdan is-Sottokumitat 27, Grupp ta' Ħidma 5 (SC27/WG5).

Ħidma ta’ politika

EDPB Rapport annwali 2025

Rapporti, dikjarazzjonijiet u ittri
#Anonymisation / pseudonymisation #GDPR enforcement #Cooperation between authorities #Cross-regulatory cooperation #International cooperation #Artificial intelligence #Technology
Read more about
EDPB Rapport annwali 2025

Dokument ta’ pożizzjoni dwar l-interazzjoni bejn il-protezzjoni tad-data u d-dritt tal-kompetizzjoni

Dokument ta’ politika ieħor
#Cross-regulatory cooperation #Cross-regulatory interplay
Read more about
Dokument ta’ pożizzjoni dwar l-interazzjoni bejn il-protezzjoni tad-data u d-dritt tal-kompetizzjoni