Segretarjat tal-EDPB

Is-Segretarjat tal-EDPB huwa bbażat fi Brussell u joffri appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-EDPB. Dan jinkludi:

  • It-tħejjija, l-abbozzar, it-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni tal-opinjonijiet tal-EDPB, id-deċiżjonijiet vinkolanti u testi oħra;
  • L-iżgurar ta” komunikazzjoni mal-Istituzzjonijiet Ewropej u l-pubbliku;
  • L-għoti ta’ soluzzjonijiet tal-IT għall-komunikazzjoni fost il-Membri tal-EDPB;
  • L-organizzazzjoni tal-laqgħat tal-EDPB.

Is-Segretarjat tal-EDPB huwa magħmul minn servizz legali, settur tal-komunikazzjoni, tim tal-IT u tim amministrattiv.

Il-persunal fis-Segretarjat huwa impjegat mill-EDPS u jaħdem taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-EDPB. It-termini ta’ kooperazzjoni bejn l-EDPB u l-EDPS huma stabbiliti mill-Memorandum ta’ Qbil.