Deċiżjonijiet jew miżuri nazzjonali meħuda b’segwitu ta’ deċiżjoni vinkolanti tal-EDPB
L-EDPB joħroġ deċiżjonijiet vinkolanti u deċiżjonijiet vinkolanti urġenti fuq talba tal-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data f’każijiet speċifiċi skont l-Artikoli 65 u 66 tal-GDPR.
Dan ir-reġistru jipprovdi ħarsa ġenerali lejn id-deċiżjonijiet jew il-miżuri nazzjonali finali meħuda mill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data abbażi tal-Artikolu 65 dwar deċiżjonijiet vinkolanti (adottati f'każ ta' tilwima bejn l-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data) jew tal-Artikolu 66 dwar deċiżjonijiet vinkolanti urġenti.
Fejn rilevanti, dawn id-deċiżjonijiet huma disponibbli wkoll fuq ir-reġistru ta’ deċiżjonijiet ta’ punt uniku ta’ servizz.