Reġistru ta’ konsistenza u ta’ għodod ta’ responsabbiltà

Il-mekkaniżmu ta’ konsistenza fil-livell tal-EDPB jiżgura li ċerti deċiżjonijiet nazzjonali adottati mill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data jkunu konsistenti ma’ xulxin u mal-interpretazzjoni tal-GDPR kondiviża mill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data kollha. F’dan il-kuntest, l-EDPB joħroġ opinjonijiet u deċiżjonijiet vinkolanti dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet superviżorji.
Din il-paġna tipprovdi reġistru tal-kwistjonijiet immaniġġjati taħt il-mekkaniżmu ta' konsistenza. Huwa jiġbor l-opinjonijiet ta’ konsistenza u d-deċiżjonijiet vinkolanti tal-EDPB, kif ukoll id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data u mill-qrati (l-Artikolu 70(1)(y) tal-GDPR).
Ir-reġistru jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta nazzjonali, approvati mingħajr l-intervent tal-EDPB.