L-EDPB jagħti ċarezza dwar it-tekniki ta’ traċċar koperti mid-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika

15 November 2023

Update: Public Consultation deadline changed to 18 January 2024

Brussell, 15 ta’ Novembru - L-EDPB adotta Linji Gwida dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tekniku tal-Artikolu 5 (3) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. Il-Linji Gwida għandhom l-għan li jiċċaraw liema operazzjonijiet tekniċi, b’mod partikolari tekniki ta’ traċċar ġodda u emerġenti, huma koperti mid-Direttiva, u li jipprovdu ċertezza legali akbar lill-kontrolluri tad-data u lill-individwi.

Il-President tal-EDPB, Anu Talus qalet: “Mhuwiex sigriet li t-traċċar tal-attivitajiet tal-utenti online jista’ jagħmel ħsara serja lill-privatezza tan-nies. L-ambigwitajiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika u l-ħolqien ta’ tekniki ġodda, li jikkomplementaw jew jissostitwixxu l-cookies tradizzjonali, wasslu għal riskji ġodda għall-privatezza. Dawn il-linji gwida jiddiskutu soluzzjonijiet, bħal links ta’ traċċar u pixels, ipproċessar lokali, u identifikaturi uniċi, biex jiġi żgurat li l-obbligi ta’ kunsens stabbiliti mill-artikolu ma jiġux evitati.”

Sabiex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu, il-Linji Gwida janalizzaw il-kunċetti ewlenin imsemmija f’dan l-Artikolu, bħal “informazzjoni”, “tagħmir terminali ta’ abbonat jew utent”, “network ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi”, “ksib ta’ aċċess” u “informazzjoni maħżuna/ħażna”. Il-Linji Gwida jinkludu wkoll sett ta’ każijiet prattiċi ta’ użu li jinkludu tekniki komuni ta’ traċċar. 

Il-Linji Gwida jindirizzaw biss il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika. Huma ma jindirizzawx kif għandu jinġabar il-kunsens, jew l-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu. 

The news published here does not constitute official EDPB communication, nor an EDPB endorsement. This news item was originally published by the national supervisory authority and was published here at the request of the SA for information purposes. Any questions regarding this news item should be directed to the supervisory authority concerned.