Trasferimenti internazzjonali u kooperazzjoni internazzjonali

Meta d-data personali tiġi ttrasferita barra mill-UE, il-protezzjoni offruta mil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data għandha tivvjaġġa mad-data. Dan ifisser li dawn it-trasferimenti huma permessi biss jekk il-pajjiż tad-destinazzjoni jipprovdi livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data, jew jekk ikun hemm fis-seħħ salvagwardji speċifiċi, bħal Klawżoli Kuntrattwali Standard jew Regoli Korporattivi Vinkolanti, biex jipproteġu d-data personali.
L-EDPB u d-DPAs jikkooperaw mal-kontropartijiet tagħhom u ma’ fora oħra dwar il-protezzjoni tad-data madwar id-dinja.

Regoli Korporattivi Vinkolanti

Klawżoli kuntrattwali standard

Deċiżjoni ta’ adegwatezza

Għodod għal trasferimenti u derogi

Kooperazzjoni internazzjonali