Deċiżjoni ta’ adegwatezza
F’din il-paġna
Deċiżjoni ta’ adegwatezza hija mekkaniżmu vinkolanti fil-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, li jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tiddetermina jekk pajjiż mhux tal-UE jew organizzazzjoni internazzjonali joffrux livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data. L-effett ta’ tali deċiżjoni huwa li d-data personali koperta mid-deċiżjoni tista’ tgħaddi liberament mill-UE għal dak il-pajjiż mhux tal-UE jew organizzazzjoni internazzjonali.
L-EDPB joħroġ opinjonijiet dwar abbozzi ta’ deċiżjonijiet ta’ adegwatezza, filwaqt li jivvaluta jekk humiex issodisfati l-istandards tal-protezzjoni tad-data. Dawn l-opinjonijiet joffru kontribut siewi lill-Kummissjoni Ewropea, li fl-aħħar mill-aħħar tadotta d-deċiżjoni ta’ adegwatezza.