Għodod għal trasferimenti u derogi
Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza, it-trasferimenti ta’ data personali barra mill-UE jistgħu jsiru biss jekk ikunu soġġetti għal salvagwardji xierqa. L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw għodod differenti sabiex jittrasferixxu b’mod sikur id-data personali barra mill-UE (bħal Regoli Korporattivi Vinkolanti jew Klawżoli Kuntrattwali Standard).
Ċerti derogi jippermettu t-trasferiment ta’ data personali barra mill-UE meta ma jkun hemm l-ebda deċiżjoni ta’ adegwatezza jew salvagwardji xierqa fis-seħħ: dawn il-miżuri eċċezzjonali jistgħu jiġu invokati biss jekk japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi, u mhux bħala għodda ta’ trasferiment regolari, peress li ma jipprovdu l-ebda salvagwardja għad-data ttrasferita barra mill-UE.
L-EDPB jadotta opinjonijiet u joħroġ gwida dwar tipi differenti ta’ għodod ta’ trasferimenti u dwar derogi, biex jiżgura l-applikazzjoni konsistenti tagħhom fl-UE.