Brussell, it-3 ta’ Awwissu — L-EDPB adotta deċiżjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim abbażi tal-Artikolu 65 tal-GDPR dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità Irlandiża għall-Protezzjoni tad-Data (DPA, Data Protection Authority) fil-konfront ta’ TikTok Technology Limited (TTL). Id-deċiżjoni vinkolanti tindirizza kwistjonijiet legali li jirriżultaw minn oġġezzjonijiet għall-abbozz ta’ deċiżjoni tad-DPA Irlandiża bħala l-awtorità superviżorja ewlenija (lead supervisory authority, LSA) fir-rigward ta’ TTL. Id-Deċiżjoni vinkolanti tal-EDPB tiżgura li d-DPAs nazzjonali japplikaw il-GDPR b’mod konsistenti u korrett.
Id-DPA Irlandiża ħarġet l-abbozz ta’ deċiżjoni wara inkjesta fuq inizjattiva proprja dwar l-ipproċessar ta’ data personali tal-utenti rreġistrati ta’ TikTok bejn l-etajiet ta’ 13 u 17-il sena min-naħa ta’ TTL, kif ukoll ċerti kwistjonijiet rigward l-ipproċessar ta’ data personali ta’ tfal taħt l-età ta’ 13-il sena min-naħa ta’ TTL. Peress li ma ntlaħaq l-ebda kunsens dwar l-oġġezzjonijiet ippreżentati mid-DPAs, l-EDPB intalab isolvi t-tilwima bejn id-DPAs fi żmien xahrejn.
L-oġġezzjonijiet kienu jikkonċernaw, b’mod partikolari, jekk kienx hemm ksur tal-protezzjoni tad-data, kemm ippjanat kif ukoll prestabbilit, fir-rigward tal-verifika tal-età, u jekk kienx hemm ksur tal-prinċipju tal-ekwità fir-rigward ta’ ċerti prattiki ta’ disinn.
L-LSA għandha tadotta d-deċiżjoni finali tagħha, indirizzata lill-kontrollur, abbażi tad-deċiżjoni vinkolanti tal-EDPB li tqis il-valutazzjoni legali tal-EDPB, mhux aktar tard minn xahar wara li l-EDPB ikun innotifika d-deċiżjoni tiegħu. L-EDPB se jippubblika d-deċiżjoni tiegħu fuq is-sit web tiegħu wara li l-LSA tkun innotifikat id-deċiżjoni nazzjonali tagħha lill-kontrollur u, jekk applikabbli, tkun saret kwalunkwe redazzjoni meħtieġa għad-Deċiżjoni Vinkolanti tal-EDPB.
Nota lill-edituri:
Għal aktar informazzjoni dwar il-proċedura tal-Artikolu 65, jekk jogħġbok ikkonsulta l-FAQ
The news published here does not constitute official EDPB communication, nor an EDPB endorsement. This news item was originally published by the national supervisory authority and was published here at the request of the SA for information purposes. Any questions regarding this news item should be directed to the supervisory authority concerned.