Mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni u siġilli u marki għall-protezzjoni tad-data
Iċ-ċertifikazzjoni hija għodda volontarja li tgħin lill-organizzazzjonijiet jiżguraw u juru l-konformità mal-GDPR.
Dan ir-reġistru jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni eżistenti u s-siġilli u l-marki għall-protezzjoni tad-data, maħruġa mill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data kompetenti b’segwitu ta’ opinjoni tal-EDPB (l-Artikolu 42(5) u l-Artikolu 42(8) tal-GDPR), inkluż fejn dan jammonta għal siġill Ewropew għall-protezzjoni tad-data.
Dan jelenka wkoll ir-rekwiżiti approvati għall-akkreditazzjoni tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni (l-Artikolu 43(3) tal-GDPR).