Indika inkonsistenza
Bħala parti mill-isforzi tiegħu biex isaħħaħ id-djalogu mal-partijiet ikkonċernati, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) ħoloq formola ta’ kuntatt iddedikata għall-indikar ta’ inkonsistenzi possibbli fost il-pożizzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-GDPR, kif ukoll bejn il-pożizzjonijiet nazzjonali u tal-EDPB. Din l-inizjattiva tħabbret wara d-Dikjarazzjoni ta’ Helsinki dwar aktar ċarezza, appoġġ u involviment.
Il-partijiet ikkonċernati li jixtiequ jindikaw inkonsistenza jistgħu jagħmlu dan billi jimlew il-formola ta’ kuntatt iddedikata.
Bis-sottomissjoni tiegħek, qed tgħin lill-EDPB jilħaq aħjar l-għan tiegħu li jiżgura l-konsistenza fl-applikazzjoni tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tad-data fl-Ewropa. Filwaqt li l-EDPB mhux se jipprovdi tweġibiet individwali għall-kontribuzzjonijiet sottomessi, il-kontribuzzjonijiet kollha li jirċievi se jkunu soġġetti għal kompilazzjonijiet regolari għal diskussjonijiet ta’ livell għoli bejn il-membri tal-EDPB sabiex jiddeċiedu dwar l-azzjonijiet possibbli biex tittejjeb il-konsistenza fid-dawl tar-riżorsi disponibbli.