Regoli Korporattivi Vinkolanti
Regoli Korporattivi Vinkolanti (BCRs) huma strument li jista' jintuża minn grupp ta' impriżi, jew minn grupp ta' intrapriżi involuti f'attività ekonomika konġunta, biex jiġu żgurati salvagwardji xierqa għat-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi.
Dan ir-reġistru jipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-BCRs approvati. Fil-każ tal-BCRs approvati wara d-dħul fis-seħħ tal-GDPR (25 ta' Mejju 2018), huma pprovduti links għall-Opinjoni tal-EDPB u għad-deċiżjoni nazzjonali tal-awtorità għall-protezzjoni tad-data.
Din il-ħarsa ġenerali hi pprovduta biss għal skopijiet ta' informazzjoni. L-organizzazzjonijiet għandhom ir-responsabbiltà li jinfurmaw lill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data kompetenti dwar il-bidliet fil-BCR. Il-ħarsa ġenerali tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-organizzazzjonijiet lill-Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data kompetenti .
Għall-kategoriji ta’ individwi fil-każ tal-BCR-P, il-kategoriji ta’ data huma relatati ma’ data pproċessata f’isem il-kontrolluri barra mill-grupp. L-organizzazzjonijiet li jiddependu fuq il-BCR għat-trasferimenti tad-data huma obbligati jagħtu lill-individwi aċċess faċli għall-BCR tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-regoli korporattivi vinkolanti, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-organizzazzjoni kkonċernata.