Ksur ta’ data personali
F’din il-paġna
Ksur ta’ data personali huwa inċident ta’ sigurtà li jwassal għall-qerda aċċidentali jew illegali, it-telf, it-tibdil, l-iżvelar mhux awtorizzat ta’, jew l-aċċess għal data personali. Dan jista’ jwassal għal dannu fiżiku, materjali jew mhux materjali għall-individwi, inkluż it-telf tal-kontroll fuq id-data personali, il-limitazzjoni tad-drittijiet, id-diskriminazzjoni, is-serq tal-identità jew frodi, jew telf finanzjarju.
L-organizzazzjonijiet iridu jiddokumentaw u jittrattaw il-ksur tad-data b’mod xieraq.
L-EDPB jipprovdi gwida biex jgħin lill-organizzazzjonijiet jissodisfaw ir-responsabbiltajiet tagħhom bħala kontrolluri u proċessuri tad-data, filwaqt li jiċċara liema ksur tad-data jirrikjedi notifika lill-awtorità kompetenti tal-protezzjoni tad-data fi żmien 72 siegħa, u liema ksur jirrikjedi komunikazzjoni lill-individwi affettwati.