Sistemi ta' informazzjoni tal-UE

F’din il-paġna

Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE huma sistemi tal-IT ċentralizzati fuq skala kbira li jiġbru, jipproċessaw u jikkondividu informazzjoni, b’mod partikolari dwar is-sigurtà, il-migrazzjoni, u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni. Dawn is-sistemi huma essenzjali biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni u xi wħud minnhom huma kruċjali għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni u l-flussi migratorji Ewropej. Eżempji jinkludu s-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża, is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ, u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar.

Il-Kumitat ta’ Superviżjoni Koordinata (CSC), grupp ta’ DPAs u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS), jiżgura s-superviżjoni koordinata ta’ xi wħud mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, kif ukoll ta’ xi korpi, uffiċċji u aġenziji tal-UE bħall-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali - l-Eurojust. Is-CSC huwa stabbilit fil-qafas tal-EDPB.