Evidenza elettronika
F’din il-paġna
Evidenza elettronika, tirreferi għal data diġitali użata fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali. Dan jinkludi, pereżempju, emails, messaġġi testwali jew kontenut minn apps tal-messaġġi, kontenut awdjoviżiv, u informazzjoni dwar il-kont online ta’ utent.
Peress li din it-tip ta’ data spiss ikun fiha data sensittiva, huma meħtieġa salvagwardji biex jiġi evitat l-użu ħażin u jiġu protetti d-drittijiet tal-individwi. L-EDPB joħroġ gwida biex jiżgura li l-ipproċessar tal-evidenza elettronika jirrispetta l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u jissalvagwardja d-data personali.