Kooperazzjoni internazzjonali

L-EDPB jaħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u mas-sħab barra mill-UE biex jindirizza l-isfidi tal-protezzjoni tad-data transfruntiera. Din il-kooperazzjoni tinkludi l-iskambju ta' fehmiet dwar suġġetti globali, l-allinjament tal-approċċi regolatorji u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki.

Permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali, l-EDPB jgħin biex jissaħħu u jiġu promossi standards ta’ protezzjoni tad-data aktar konsistenti madwar id-dinja.

Oqfsa ewlenin ta’ kooperazzjoni internazzjonali

L-EDPD jipparteċipa f'diversi oqfsa ta' kooperazzjoni internazzjonali, kemm bħala korp kollettiv u permezz tal-membri tiegħu:

  • Inizjattiva tal-EDPB mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data minn pajjiżi u organizzazzjonijiet b'deċiżjoni ta' adegwatezza tal-UE – din l-inizjattiva tiġbor flimkien l-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data minn dawn il-pajjiżi u l-organizzazzjonijiet sabiex jikkollaboraw u jikkondividu informazzjoni dwar xogħol ta' konsulenza u jiġbru esperjenza dwar il-kooperazzjoni internazzjonali fl-infurzar tal-protezzjoni tad-data.
  • Diskussjoni madwar mejda tal-G7 tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza – din l-inizjattiva tiġbor flimkien awtoritajiet mill-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Ġappun, ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, u l-Unjoni Ewropea (EDPB u EDPS). F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza jiskambjaw ħidma flimkien biex jidentifikaw oqsma ta’ tħassib reċiproku, jirrispondu b’aġilità għall-iżviluppi globali, u jixprunaw approċċi regolatorji kollaborattivi.
  • Assemblea Globali għall-Privatezza (GPA) – suċċessur tal-ICDPPC, tfittex li tipprovdi tmexxija fuq livell internazzjonali fil-protezzjoni tad-data u l-privatezza. Dan tagħmlu billi tgħaqqad l-isforzi ta’ aktar minn 130 awtorità tal-protezzjoni tad-data u tal-privatezza minn madwar id-dinja.
  • Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) - organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi t-titjib tal-ħajja ekonomika u soċjali tal-persuni mad-dinja kollha. Il-Grupp ta’ Ħidma tagħhom dwar il-Governanza tad-Data u l-Privatezza (DGP) jaħdem fuq politiki li jappoġġaw teknoloġiji u użu li jirrispettaw il-privatezza.
  • Kunsill tal-Ewropa (KtE) - organizzazzjoni internazzjonali li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali (Konvenzjoni 108) għandha 55 partijiet u 36 osservaturi. Il-verżjoni modernizzata tagħha, il-Konvenzjoni 108+, dalwaqt se tkun miftuħa għall-adeżjoni tal-pajjiżi kollha fid-dinja.

Oqfsa Reġjonali u Internazzjonali oħra

L-EDPB jista' jipparteċipa, fuq bażi ad hoc, f'oqfsa oħra ta' kooperazzjoni internazzjonali, kemm bħala korp kollettiv u/jew permezz tal-membri tiegħu:

  • Konferenza tar-Rebbiegħa tal-Awtoritajiet Ewropej tal-Protezzjoni tad-Data
  • Berlin Group (Grupp ta’ Berlin) - Grupp ta' Ħidma Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Data fit-Teknoloġija (IWGDPT)
  • French-speaking Association of Personal Data Protection Authorities (Assoċjazzjoni li tinqeda bil-Franċiż tal-Awtoritajiet tal-Protezzjoni tad-Data Personali) (AFAPDP);
  • Central and Eastern Europe Data Protection Authorities (Awtoritajiet għall-Protezzjoni tad-Data tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant) (CEEDPA);
  • Asia Pacific Privacy Forum (Forum tal-Privatezza tal-Asja u tal-Paċifiku) (APPA) - network ta’ awtoritajiet tal-privatezza Asjatiċi
  • Asia-Pacific Economic Cooperation (Kooperazzjoni Ekonomika Asja-Paċifiku) (APEC);
  • Ibero-American data protection network (Network tal-protezzjoni tad-data Ibero-Amerikan) (RIPD)

Ħidma ta’ politika

EDPB Rapport annwali 2025

Rapporti, dikjarazzjonijiet u ittri
#Anonymisation / pseudonymisation #GDPR enforcement #Cooperation between authorities #Cross-regulatory cooperation #International cooperation #Artificial intelligence #Technology
Read more about
EDPB Rapport annwali 2025

Dikjarazzjoni 02/2021 dwar abbozz ġdid ta’ dispożizzjonijiet tat-tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (Konvenzjoni ta’ Budapest)

Rapporti, dikjarazzjonijiet u ittri
#International cooperation #Law enforcement
Read more about
Dikjarazzjoni 02/2021 dwar abbozz ġdid ta’ dispożizzjonijiet tat-tieni protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità (Konvenzjoni ta’ Budapest)