Għodod ta' responsabbiltà u konformità

Il-prinċipju ta’ responsabbiltà jirrikjedi li l-organizzazzjonijiet ikunu responsabbli għal u jkunu kapaċi juru l-konformità mal-GDPR. L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw għodod ta’ konformità bħal kodiċijiet ta’ kondotta, ċertifikazzjoni, regoli korporattivi vinkolanti, u valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data; jistgħu jaħtru wkoll uffiċjali tal-protezzjoni tad-data. Dan jgħin biex id-data personali tiġi ttrattata b’mod responsabbli u tinbena l-fiduċja mal-individwi. L-opinjonijiet ta’ konsistenza tal-EDPB jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod ta’ konformità effettivi. L-għodod eżistenti ta’ konformità u l-opinjonijiet ta’ konsistenza tal-EDPB huma elenkati fir-Reġistru tagħna.

Responsabbiltà

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data

Uffiċjal tal-protezzjoni tad-data

Kodiċi ta' kondotta

Ċertifikazzjoni