L-IA u t-teknoloġija
Teknoloġiji ġodda qed isawru mill-ġdid kif id-data personali tinġabar, tiġi pproċessata u użata. Innovazzjonijiet bħall-intelliġenza artifiċjali, ir-rikonoxximent bijometriku u t-teknoloġiji ta’ traċċar iġibu magħhom opportunitajiet, iżda joħolqu wkoll riskji għall-privatezza. L-EDPB jipprovdi gwida biex jiżgura li dawn it-teknoloġiji jikkonformaw mal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, filwaqt li jissalvagwardja d-drittijiet tal-individwi f’dinja diġitali li qed tevolvi malajr.