Brussell, it-18 ta’ Ottubru — Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (European Data Protection Supervisor, EDPB) u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (European Data Protection Supervisor, EDPS) ħarġu Opinjoni Konġunta rigward ir-Regolament propost dwar l-euro diġitali bħala munita diġitali tal-bank ċentrali. L-euro diġitali għandha l-għan tagħti l-possibbiltà lill-individwi bil-possibbiltà jagħmlu pagamenti elettroniċi, kemm online kif ukoll offline, bħala mezz ta’ pagament ieħor minbarra l-flus kontanti.
L-EDPB u l-EDPS jirrikonoxxu li r-Regolament propost jindirizza ħafna mill-aspetti tal-protezzjoni tad-data b’rabta mal-euro diġitali, b’mod partikolari billi jindirizza modalità offline biex jimminimizza l-ipproċessar tad-data personali. B’mod partikolari, l-EDPB u l-EDPS huma sodisfatti ferm li l-utenti diġitali tal-euro dejjem se jkollhom l-għażla li jħallsu f’euro diġitali jew fi flus kontanti. Fl-istess waqt, l-EDPB u l-EDPS jagħmlu diversi rakkomandazzjonijiet biex jiżguraw li l-euro diġitali tal-futur ikollha l-ogħla standards ta’ protezzjoni tad-data personali u ta’ privatezza.
Il-Kontrollur tal-EDPS, Wojciech Wiewiórowski qal: “Nilqgħu u nappoġġaw l-impenn fir-Regolament propost biex jiġu żgurati livelli għoljin ta’ privatezza tad-data għall-użu tal-euro diġitali online, u livell saħansitra ogħla ta’ protezzjoni għall-użu tal-euro diġitali offline. Fl-opinjoni konġunta tagħna, nissuġġerixxu li jsir aktar titjib biex jiġi żgurat li d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali jiġu mħarsa b’mod effettiv. B’mod partikolari, nirrikkmandaw li jiġi żgurat li tiġi pproċessata biss id-data personali meħtieġa tal-utenti tal-euro diġitali, u biex il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ma jiċċentralizzawx id-data personali wisq.”
Il-Viċi President tal-EDPB Irene Loizidou Nicolaidou qalet: “Standard ogħla ta’ privatezza u protezzjoni tad-data huwa strumentali biex iċ-ċittadini jafdaw din il-munita diġitali ġdida. B’din l-Opinjoni Konġunta, għandna l-għan li niżguraw li l-protezzjoni tad-data tkun inkorporata kmieni fil-fażi tat-tfassil tal-euro diġitali meta tintuża kemm online kif ukoll offline u li r-responsabbiltajiet tal-protezzjoni tad-data ta’ kull wieħed mill-atturi li jieħdu sehem fil-ħruġ tal-euro diġitali jkunu speċifikati b’mod ċar fir-Regolament.”
Skont ir-Regolament propost, il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jistabbilixxu punt ta’ aċċess uniku biex jivverifikaw li l-ammont ta’ euro diġitali ta’ kull utent ma jaqbiżx l-ammont massimu permess, magħruf bħala l-limitu tal-ammont miżmum. L-EDPB u l-EDPS jifhmu li din il-verifika se ssir billi jiġu pproċessati identifikaturi tal-utenti tal-euro diġitali u l-limiti relatati mal-ammont miżmum tagħhom. Fl-opinjoni Konġunta tagħhom, l-EDPB u l-EDPS jitolbu kjarifiki dwar l-ipproċessar ta’ dawn l-identifikaturi. Barra minn hekk, l-EDPB u l-EDPS jagħtu parir li ssir valutazzjoni dwar jekk il-punt uniku ta’ aċċess huwiex meħtieġ u proporzjonat, filwaqt li jenfasizzaw li, bħala alternattiva, jistgħu jiddaħħlu miżuri tekniċi li jippermettu li dawn l-identifikaturi jinħażnu b’manjiera deċentralizzata.
L-indirizzar tal-mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni u prevenzjoni tal-frodi (fraud detection and prevention mechanism, FDPM) inkluż fir-Regolament propost, l-EDPB u l-EDPS iqisu li tonqsu l-prevedibbiltà. Fil-fehma tagħhom, l-ipproċessar tad-data personali fil-FDPM mill-BĊE u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament (payment service providers, PSPs) mhuwiex definit b’mod ċar. L-EDPB u l-EDPS jirrakkomandaw li tingħata aktar prova tan-neċessità tal-FDPM. Fin-nuqqas ta’ tali prova, l-EDPB u l-EDPS jirrakkomandaw li jiġu kkunsidrati miżuri inqas intrużivi minn perspettiva tal-protezzjoni tad-data. Barra minn hekk, l-EDPB u l-EDPS jirrakkomandaw li r-rwol u l-kompiti tal-BĊE, tal-banek ċentrali nazzjonali u tal-PSPs f’dan il-kuntest jiġu definiti skont il-prinċipji ewlenin tal-protezzjoni tad-data.
Barra minn hekk, l-EDPB u l-EDPS jirrakkomandaw bil-qawwa li jiġi introdott “limitu ta’ privatezza” għat-tranżazzjonijiet online, li skontu la t-tranżazzjonijiet offline u lanqas online ma jiġu ttraċċati għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (anti-money laundering, AML) u għall-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (combatting the financing of terrorism, CFT). Sabiex jitnaqqas il-profil tar-riskju tal-AML/CFT tat-tranżazzjonijiet diġitali ta’ valur baxx bl-euro online, l-EDPB u l-EDPS jirrakkomandaw li jiġi inkluż obbligu li matul il-fażi tat-tfassil tal-euro diġitali jiġu implimentati miżuri tekniċi xierqa.
Fl-aħħar nett, l-EDPB u l-EDPS jenfasizzaw li r-Regolament propost għandu jiċċara aktar ir-responsabbiltajiet tal-protezzjoni tad-data tal-BĊE u tal-PSPs. Dan jinkludi l-bażijiet ġuridiċi li l-BĊE u l-PSP jiddependu fuqhom, u t-tipi ta’ data personali li jridu jipproċessaw fil-ħruġ, id-distribuzzjoni u l-użu tal-euro diġitali.
L-EDPB u l-EDPS se jkomplu jimmonitorjaw u jipprovdu gwida dwar l-iżviluppi ta’ dan ir-Regolament propost skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom.
The news published here does not constitute official EDPB communication, nor an EDPB endorsement. This news item was originally published by the national supervisory authority and was published here at the request of the SA for information purposes. Any questions regarding this news item should be directed to the supervisory authority concerned.